Din id-dikjarazzjoni tapplika għas-sit web uffiċjali ta’ Segretarjat Parlamentari għall-Ħarsien tal-Annimali (MEER) fuq https://harsientalannimali.gov.mt u ġiet aġġornata l-aħħar fi 26/08/2026.
MEER huwa impenjat li jiżgura l-aċċessibbiltà diġitali għal persuni b’diżabbiltà. Qegħdin intejbu kontinwament l-esperjenza għall-utenti kollha u napplikaw l-istandards ta’ aċċessibbiltà rilevanti.
Għandek tkun tista’:
Il-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) jiddefinixxu r-rekwiżiti għad-disinjaturi u għall-iżviluppaturi biex itejbu l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà. Dawn jiddefinixxu tliet livelli ta’ konformità: Livell A, Livell AA, u Livell AAA. Is-sit web ta’ MEER huwa parzjalment konformi mal-Livell AA ta’ WCAG 2.1, li jaqbel ma’ EN 301 549 skont id-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web (UE 2016/2102). Parzjalment konformi tfisser li xi partijiet tal-kontenut għadhom ma jikkonformawx bis-sħiħ mal-istandard ta’ aċċessibbiltà.
Is-sit web ta’ MEER huwa mfassal biex ikun kompatibbli mal-aħħar verżjonijiet tal-web browsers:
Il-web browsers intużaw flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ NVDA, VoiceOver u TalkBack.
L-aċċessibbiltà tas-sit web ta’ MEER tiddependi fuq it-teknoloġiji tal-HTML biex taħdem mal-kombinazzjoni partikolari ta’ web browser u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installati fil-kompjuter tiegħek.
Din it-teknoloġija hija meħtieġa għall-konformità mal-istandards ta’ aċċessibbiltà użati.
Bħalissa qed ikunu osservati dawn il-limitazzjonijiet:
MEER implimenta programm ta’ titjib kontinwu biex jirrettifika dan ta’ hawn fuq. Madankollu, minkejja l-isforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web ta’ MEER, jista’ jkun hemm xi limitazzjonijiet li setgħu ma ġewx innutati jew li huma ppjanati li jsiru aċċessibbli dalwaqt. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tosserva xi problema bħal din fis-sit web.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tagħna. Fil-każ li tiltaqa’ ma’ xi problemi ta’ aċċessibbiltà, jekk jogħġbok għarrafna fuq:
Għandna l-għan li nirrispondu għall-feedback dwar l-aċċessibbiltà fi żmien 2 jum ta’ xogħol, u li nipproponu soluzzjoni fi żmien 15 jum ta’ xogħol. Inti intitolat(a) li tressaq ilment quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) jew quddiem il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (CRPD), jekk ma tkunx sodisfatt(a) bir-rispons tagħna. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità kontinwu, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tadotta l-proċedura ta’ infurzar skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 418.03.