Scroll to top
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ħarsien tal-Annimali, Alicia Bugeja Said.

Dr Alicia Bugeja Said twieldet fl-1987 fl-Imġarr u trabbiet f’familja fost erba aħwa. Wara li temmet l-istudji tagħha f’Malta, kisbet dottorat mill-Università ta’ Kent fl-Ingilterra fl-2017. Wara dan, ħadmet bħala riċerkatriċi postdottorali fil-Kanada u sussegwentement fi Franza. Fl-2020, ġiet maħtura bħala Direttur tas-Sajd fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.

Dr Bugeja Said dejjem emmnet fil-valur ta’ politika bbażata fuq l-evidenza xjentifika, filwaqt li tibqa’ qrib in-nies u l-komunitajiet. Temmen li bidla vera trid tkun mibnija fuq il-valuri tas-solidarjetà, is-sostenibbiltà u r-rispett lejn kull forma ta’ ħajja, sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.

Bħala Direttur tas-Sajd, Bugeja Said tat diversi kontribuzzjonijiet fl-oqsma taħt ir-responsabbiltà tagħha u mexxiet inizjattivi li kellhom impatt pożittiv fuq is-settur. Fl-2022, il-Prim Ministru Robert Abela stedinha biex tikkontesta l-elezzjoni ġenerali u fdalha l-fiduċja biex isservi bħala Segretarju Parlamentari.

Illum, bħala Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir responsabbli mill-Benesseri tal-Annimali, Alicia Bugeja Said tmexxi l-ħidma tal-Gvern favur il-ħarsien, il-benesseri u d-drittijiet tal-annimali. Il-portafoll tagħha jinkludi l-promozzjoni ta’ standards ogħla ta’ benesseri għall-annimali, it-tkomplija tar-riformi meħtieġa fis-settur, u kollaborazzjoni kontinwa mal-għaqdiet, il-veterinarji u l-partijiet interessati kollha.

Hija determinata li tkompli taħdem sabiex il-politika dwar il-benesseri tal-annimali tibqa’ waħda progressiva, b’saħħitha u ffukata fuq il-ħtiġijiet kemm tal-annimali kif ukoll tas-soċjetà. Temmen li l-benesseri tal-annimali huwa riflessjoni diretta tal-valuri ta’ pajjiż progressiv u kompassjonat.

Bugeja Said hija miżżewġa lil Malcolm u għandhom żewġt itfal jisimhom Margaux u Maelle.

Animal Welfare
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.